Kien Dakinhar.
Kien
dakinhar li niżel is-siparju
Xħin ġejna
wiċċ imb’wiċċ mal-mafkar tiegħek,
Malajr imbagħad
stenbaħna u sirna nafu
Xi ssarraf
int, xi tfisser kont għalina.
Kien dakinhar
li ntbaħna u ħadna dehxa
Bħal statwa
tal-irħam petrifikata,
Malajr imbagħad
staqsejna x’kien sar minnha
Il-lirika
li darba konna ngħannu.
Kien
dakinhar u wara xejn ma sewa’
Li bdejna
nħossu tqila t-telfa tiegħek
Minn wara
l-kwinti ġrejna biex inħaddnu
Id-diwi u
t-tamiet ta’ kull stedina.
Alfred
Grech
18/09/2025.
Comments
Post a Comment