Is-Sensazzjoni Tibqa’ Mingħajr Leħen.

 

Is-sensazzjoni tibqa’ mingħajr leħen

Iżda fis-skiet tkun tista’ tagħmel għażla

Jien naqta’ nifsi xħin tiżfinli tiġi,

U titfa’ qtar ta’ seħer kontra d-dija.

 

Imriekeb li salpaw f’nofs maltempata,

Din tagħna melodija taħt il-qamar

U terġa’ lili tagħti ħajja ġdida

Ġo ġuf l-eternita’ insibek kewkba.

 

Jien nara x’nista’ niġbor milli baqa’,

Biċċiet li jaqgħu fl-art , xbiegħat il-frugħa

U nara kif infittex dizzjunarju

Bil-kliem li tista’ tinseġ għanja ġdida.

 

Alfred Grech

01/09/2025

Comments

Popular posts from this blog