Irridu u ma rridux.

 

Irridu u a rridux ikollna ngħidu

Li t-triq illi fassalna issa qsaret,

Il-passi illi qabel kienu mgħaġġla

Issa tqalu tassew u jixbħu ħafna

Lill-dawk ta’ min iġorr l-imgħoddi miegħu.

 

Irridu u ma rridux issa noqorbu

Qiegħdin lejn dak ix-xifer illi qabel

Ma ridna naħsbu dwaru qatt għax konna

Ħsibna li tagħna din mhijiex ix-xorti;

U ħsibna li tagħna qatt mhu sejra tasal.

 

Alfred Grech

09/09/2025

Comments

Popular posts from this blog