Infittxu x-Xemx.

 

Ifittxu x-xemx fuq għoljiet ħodor

Iżda ħlief ħars jiena ma sibtx

Jilqħuni fuq dil- gżira.

 

Fittixta qawsalla fi  ħbub għajnejk

iżda l-ferrovija tal-imgħoddi

Ġarritni magħha.

 

Issa bdejt nifed iċ-ċpar

Infittex leħnek

U nerġa’ niskopri

l-ħmura ta’ filgħodu.

 

Alfred Grech

14/09/2025

 

 

Comments

Popular posts from this blog