Hi.

 

Tinbidel fi statwa tal-ġebel,

U jieklok il-melħ xħin tħares lejha

Jien Inġorru fil-bażakka

Bla qatt ma nħares lejha.

Issir l-arma qattiela

Jekk jien ninqeda biha.

Jekk tħares lejha minn ġo mera

Taf issib il-ħajja eterna

Taf issib li tista’ ttir

Bil-qorq tal-ġwieneħ

U ġġorr miegħekil-ħeffa

Tar-riħ u s-sħab

U tat-tfulija.

 

Alfred Grech

25/09/2025

Comments