Għalxejn Qed Nittamaw.

 

Għalxejn qed nittamaw li għad xi darba

Dal-barranin li ġibna ma saqajna

Jitilqu bla ma jħallu ebda marka

Ta’nisilhom u dak li ġabu magħhom.

 

Hawnhekk ġew dawn biex jibqgħu jgħix maghna.

Inisslu, jkatru u jieħdu l-isem tagħna

U żmien bi żmien għad jokrtu aktar minna

Malajr se nssibu ruħna f’minoranza.

 

Ngħid dan mhux għax jiena xi razzista

U la taħsbux li jiena xi purista

Imma jekk joqgħod wieħed janalizza

Jistaqsi x’se jsir minnu n-nisel Malti.

 

U l-mistoqsija aħna qed nagħmluha.

Aħna li ta’ kuljum il=-pis inġorru

Għax min suppost imexxi u jiggwidana

Ma jimpurtaħx, jixxala’ mnn fuq daharna.

 

Għalxejn qed nittamaw li dawn jitilqu

Hawnhekk ġew dawn biex jibqgħu jgħammru magħna

Kollox imbidel xejn li kien ma baqa’

Kollox imur għall-agħar, u żdied il-kaos.

 

Għal min qed tikber din l-ekonomija

Għall-ftit li ta’ kull darba jħaxxnu bwiethom

Bil-kemm iż-żgħir ilaħħaq qed mal-ħajja,

U sibna wkoll li ġejna agħar milli konna.

 

Alfred Grech.

11/09/2025.

 

Comments

Popular posts from this blog