Bla Ritmu.

 

U jista’ jkun ukoll li nista’ ngħix

Bla ritmu u noħroġ barra mill-kuntest

Kull xħin inlissen kelma mqansħa.

Iżda t-tifsir ta’ dak li ngħid

Mhux biss jidher fil-wiċċ

Inkella fil-bixra li tingħata

Mad-daqqa t’għajn.

 

Hekk ħassejtni llejla

Irrid intir fuq gwienaħ l-alfabet

Mingħajr tifsira

Għaliex tifsira tagħti biss

Ir-ruħ li tifhem

Meta tmiss mal-art.

 

Alfred Grech

23/09/2024. 

Comments

Popular posts from this blog