Stajt Jien Ukoll.

 

Stajt jien ukoll immur nitlob

Fil-maqdes tas-silezji ta’ ġo ruħi

Iżda l-infer mhux barra qiegħed

Iżda ġewwa

Fejn id-dellijiet jiddendlu

Bħal taperzerija antika

U  d-dawl isib it-triq

Minn bejn ix-xquq

Inkella mill-fessuri tal-memorja.

Iżda l-vagun kien mingħarj twieqi

U l-ferrovija baqgħet sejra.

Jien niżel għarkubtejja

Għall-ksieħ tat-talb imqanżaħ

Bit-tama tas-sliem u tal-mistrieħ

U l-balzmu ta’ leħen li qatt ma smajtu.

 

Alfred Grech.

04/08/2025.

Comments

Popular posts from this blog