Qatt Staqsejtni?
Miniex nifhem
x’qiegħda tgħdli
Mingħajr brimba
nsiġt għajnqbuta
Kont sultana
għal kemm il-darba
Għalhekk issa
sirt ilsir.
Miniex nifhem
xi trid tfisser
Dan lingwaġġ
li ħloqtu inti
Qatt staqsejtni
rridx nimxiha
Qalb il-kwiekeb
triq Sant’Anna
Biex niskopri
l-univers?
Din hi triq
li għaddejt minnha
Kemm il-darba
u qed nistona
Xħin salpajt
kien hemm il-bnazzi
Issa laħaq
il-maltemp.
Inti kewkba
ta’ filgħodu,
Jien qed
ngħix fi nżul ix-xemx.
Alfrd
Greech
28-08-2025
Comments
Post a Comment