Noħolmu.

 

Noħolmu biż-ziffa li kienet

Iġġorna magħha

U bit-tajr tal-karti

Li konna nogħlew magħhom.

Lanqas il-qawsalli  li konna npinġu fuq il-pitazzi

Ma kienu jwassluna biex immissu l-kwiekeb.

Issa li ma baqgħalix it-tbissima tiegħek

Spiċċajt ngħodd il-waqtiet

Li kont indomm f’kullana

Biex xi darba nlibbisielek

Jew nigbor mill-ġnien tat-tifkiriet

Bukkett ward biex noffirhulek.

 

Alfred Grech

21/08/2025.

Comments