Meta N-Nies.

 

Meta n-nies ma tibqax tagħti widen

Tal-ħsejjes itarxu jekk mhux tal-għana,

Ikun għaliex aktar mhu qed tixjieħ

Iktar mintix tinftiehem

Inkella tlift is-seħer.

Għalhekk trid titla’ fuq il-bejt

U xxandar minn hemm fuq

Il-poeżija.

U meta fis-skiet tal-għabex

Il-ħajta dawl li tibqa’

Trid tissielet mal-iskur

Li jrid jirkeb id-dinja

Il-poeżija weħida ssemma’ leħinha.

M’hemmx għalfejn tal-bnadar iperpru

Mal arbli  fuq il-bjut

Biex tntebaħ li l-festa waslet.

Imqar fl-infern ta’Awwissu

Tfendi roqgħa spazju

Fejn tieħu ftit tan-nifs

Il-poeżija

 

Alfrd Grech

14/08/2025

Comments

Popular posts from this blog