Imqat Jekk Tiġi Inti.
Imqar jekk
tiġi inti biex tqattarli
Xi ftit
mix-xrar u qtar tal-illużjoni,
Jien xorta
ngħid li din mhijiex mistħoqqa,
Ma kienx
hemm bżonn ta’ dit-traġikummiedja.
F’dal-vortiċi
ta’ baħħ li jġorrna miegħu
Hemm sens
ta’ qtigħ il-qalb u mhux ta’ tama
Li għad xi
darba tqum, mill-ġdid tiroxta
U kollox
jerġa’ jkun aħjar minn qabel.
Alfred
Grech
05/08/2025.
Comments
Post a Comment