Fil-Baħħ Fejn Darba Żifen Id-Dawl Tagħna

 

Fil-baħħ fejn darba żifen id-dawl tagħna,

Id-dellijiet jinġabru bħal ħolm ħieles,

Id-diwi qed imut u s-skiet iwerżaq

F’nofs ta’ deżert mkifrux taħt sema mtaqqal.

 

Xkien ġara mill-vażun li mbagħad ixxaqqa.

L-ilma ffriżat, il-ward li mejjel rasu?

Xi jfissru t-tifkiriet li magħna nġorru,

Tamiet quddiem għajnejna qed jinħallu?

 

Tagħna kinet żerriegħa li tinżera’

Fil-ġenb ta’ xi mogħdija bla ma xxettel,

It-tnejn li aħna ħsibna illi stajna

Nagħmlu l-qabża mortali mingħajr xibka.

 

Issa, taħt dan l-irmied, qasir il-għomor

Jistaħba nifs li jqanqal bidu ieħor,

Wegħeda li tkun imqartsa ġewwa l-għabex

Biex nerġa’ għad niskopru lilna nfusna.

 

Alfred Grech

02/08/2025.

 

Comments

Popular posts from this blog