Żomm Dejjem Il-Fjamma Tixgħel.

 

 

Żomm dejjem il-fjamma tixgħel

Imqar jekk hu tard wisq,

Żomm dejjem it-tama ħajja

Imqar jekk fl-aħħar nifs.

 

Fuq blat imqatta tiddi x-xemx

Bħal qisha daħq qadim,

Iż-żiffa ħelwa tmejjel kollox

Imqar il-ward lli xraf biż-żmien.

 

Diġa’ narak qed taħt it-trab

Għalkemm is-saqf żamm

Bħal dejjem ġejt fuq żiemel riekba

F’salib it-toroq

Fejn lura ma terġax.

 

Diġa’ narak qed fid-duħħan

Fiċ-ċpar lilhinn mix-xefaq

Fid-dlam tal-lejl, fil-wegħeda t’għada

Fid-dubbji tal-eternita’

 

Alfred Grech

30.01/2025

Comments

Popular posts from this blog