Sena Ġdida.

 

F’din l-għodwa tal-ħelsien

Xi ħaġa trid tinbidel

U tinbet xewqa ġdida

Fuq art ta’ ħafna lwien

 

Fuq xefaq qed jinħall

Għad trid titwieled xemx

Li nżulha ma narawħx.

 

Il-ħemda ta’ bil-lejl

Tintrebaħ bit-twerżieqa

Ta’ ġurdien li ħatfu barbaġann.

 

Fil-piroteknika hemm il-wens

Li jiġi mill-affann ta’min jitlef

Is-sens ta’ simetrija.

 

Fl-iskur tal-univers  jissaffew

Il-wegħdiet kollha li nagħmlu lil xulxin.

 

Minkejja l-qtigħ il-qalb

Il-passi tagħna għad jiltaqgħu

Fi triq qadima b’ħolma ġdida.

 

Alfred Grech.

01/01/2025.

Comments

Popular posts from this blog