Min Jiena?
Lejl ta’
tħassib iwelled għodwa mċajpra;
In-nisa li
ġrejt magħom jisparixxu
Bħalma tfaċċaw.
Hemm baħħ minn ġewwa jiekol:
Xi jfisser
thawdi l-ħajja? Iltqajt magħha,
Hi staqsietni:
Imm’inti taf min inti?
U faqqgħet
is-sajjetta għax bdejt nifhem’,
Għaliex xi
ħadd sar jaf min jiena sewwa.
Bil-lejl
jien ma stajtx norqod għax bqajt nilgħab
Bil-mistoqsija.
Kun l-anġlu kustodju
U jiena
niġi wrajk matul il-mixja
Ta’
tfittxija. Jekk għad niltaqa’ miegħek
Ninxteħet għarkubtejja
biex nammetti
Li jiena
qatt ma ltqajt miegħi innifsi.
Alfred
Grech
08/01/2025
Comments
Post a Comment