Kollox Għandu Togħma Ġdida.
Kollox
għandu togħma ġdida
Issa tħabbar
dak li naf
Kollox b’lewnu
issa jidher
U tħoss
qalbek qed tixraf
Bħal xħin
taqleb ta’ taħt fuq.
Il-ġejjieni
kien jitbissem
Lill-dak
kollu li kien jiġri
Ġiet
l-aħbar u ġiet fil-ħin
Issa għidli
kif se nħarsu
Niffissaw f’għajnejn
xulxin
Nikkonvinċu
lilna nfusna
Qisu qatt
ma ġara xejn.
‘Tini jdejk
u ħares lejja
Din hi
mixja tagħna t-tnejn
Biex ħadd
minna ma jitfixkel
Tajtni
saħħa ta’ Sansun
Ngħidu biss:
hekk kellu jkun.
Alfred
Grech
22/01/2025
Comments
Post a Comment