Issa Li Nżajt

 

Issa li nżajt l-ilbies tal-pretensjoni

U bħall-imperatur ħadd ma nebbaħni

Irmejt kull maskra, kull dekorazzjoni

B’nuċċali ġdid nittawwal qed mit-torri.

 

Għax mhux iż-żmien għaddej li l-għomor sielef,

Lanqas kien l-għerf li ġbart matul il-mixja

Iżda d-daqqiet tal-frosta u l-istalletti

Għallmuni fejn qarraqt u mort iomqarraq.

 

Għax ma kontx naf ’l-fejn għad irrid nasal,

Il-ħwejjeġ kellhom ilħna u lwien tagħhom,

Mimlija kienet qalbi kollha tama

U għax il-ġejjieni ħadd ma kien għad jafu.

 

Alfred Grech

10/01/2025

Comments

Popular posts from this blog