Filgħodu.

 

Filgħodu xħin f’kamartek inti tbexxaq

Il-persjani t’għajnejk u warajk tħalli

Dinja oħra li qatt m’għext iżda stħajjiltha

Tibdiex minn oenti oħra tara kollox

U d-dellijiet tal-kamra jsiru ġganti?

Tħallix il-ħolm tal-lejl li jisparixxi

U d-dellijiet il-passi ċara jfixklu

Għax xħin tal-jum l-ħwejjeġ qodma tilbes

Issib li int jinħtieġlek maskra ġdida.

Tiftaħ il-bieba u d-dinja mbagħad tibilgħek,

Hawnhekk m’hawnx daqsijiet esaġerati

U l-ħolm li ħlomt poġġieħ ġo borża ċkejkna

Bl-ebda rimors u l-ebda mixi lura.

Dan pont illi minn fuq rridu ngħaddu

U mbagħad nistaqsu jekk din hix ħolm’oħra.

 

Alfred Grech

13/01/2025.

Comments

Popular posts from this blog