Tfesfis Fil-Widnejn.
Fil-ħemda
ta’ filgħodu sbieħ it-tama
Filwaqt li
d-dellijiet jibdew jitbiegħdu,
Id-dawl
bil-ftit il-ftit ikompli jaqdef
Ħiereġ mill-bir,
tad-dubji jew tal-biża’.
Jiżfinha
waħdu ż-żifna fuq iż-żiffa
Tfesfis irqiq
sakemm tinħass il-leħma,
Bħall-leħħ
fid-dlam il-lejl ta’ xitwa kiefra
Tkun wegħda
li żammejna lilna nfusna.
Kull demgħa
li tiżżerżaq l-art issaqqi.
Biex
tkabbar xitla ġdida fi ġnien l-Għeden,
U tħaddar
it-tamiet ta’ qlub imjassar
Kull pjan,
kull ħsieb isir tappezzerija.
Għalhekk
kull meta l-lejl jitwal int ftakar
F’dawk
il-ġrajjiet li għad trid tirrakkonta.
Alfred
Grech
17/12/2024
Comments
Post a Comment