Pietro Da Morrone.

 

Tgħidlix li taf li jiena stess kont bdejtha

Dil-logħoba tal-poter u seduzzjoni;

Kun af li aħna wkoll maż-żmien ninbidlu

U xejn ma jibqa’ jgħodd bħal ma kien qabel.

 

X’jiswa’ dal pis li qed inġorr fuq dahri

Jekk jien fuq dan it-tronn qatt ma ridt nitla’

Jekk għalija biżżejjed kien li nibqa’

F’dan l-ermitaġġ ngħix ħajja solitarja.

 

Issa, ħallini mmur nirtira waħdi

Biex aktar ma nidħaqx jien bija nnifsi

Ninża’ l-mantell u s-simboli tas-setgħa

U lura nerġa’ għall-eremit ta’ darba.

 

Irrid ninħeba hawn qalb il-muntanji,

Fejn il-widien isiru mezz ta’ firda,

Fejn il-foresti jkunu l-barrikati

U s-skiet tfixkil għal min irid jifhimni.

 

Alfred Grech

13/12/2024

 

Comments

Popular posts from this blog