Milied Li baqa’ Qatt Ma Wasal.
Għaliex m’għandhomx
ikunu hekk il-ġranet
Bħall kieku
lanqas biss ma jisbaħ l-għada,
Il-qniepen
qed idoqqu l-innoċenza
Ferħana għaliex
qed ngħixu dal waqt wieħed?
Għaliex
iż-żmien għaddej inaqqar dejjem?
Tgħabbejna wisq bit-toqol bla ma ridna,
Kull pass
li qed immiddu tħossu itqal,
Kull ħsieb bħal
mażra mdendla u qed jissikka.
Għaliex
bħall-ilma ġieri tan-nixxiegħa
Nitgerbu għaddejjin
bla ma niddardru
Għaliex bħall-ilma
ċar mill-lewn is-sewwa
Ma naqtgħu
qatt u ntaffu b’hekk kull nixfa?
Għaliex m’għadniex
noħolmu ħolm tat-trabi
Xħin kollox
kien sabieh u ta’ bla dnewwa?
Għax kbirna
u ma bqajniex intogħmu l-ħajra
Ta’ kull
Milied li baqa’ qatt ma wasal.
Alfred
Grech
25/12/2024
Comments
Post a Comment