Kewkba Tal-Milied.
F’lejla ta’
skiet, l-irqad mhux biex iserraħ
Ġo dinja ta’
taħt fuq bilfors niġġieldu
Fuq xefaq
ta’ bla truf titwieled kewkba
U tinfed
bir-raġġ tagħħha qlub l-argużini.
Bħal ħolm f’għajnejn
il-fqir it-tama twiegħed
B’dawlitha
tolqot l-art li qed tistenna
Iżda l-aħbar
mhux għal min fit-trunċieri
Bil-pika
min minnhom joqtol l-aktar.
L-imħabba
issir omm, issir tarbija
U taqta’
l-ġuh u b’bieqja tisqi l-mija
Mexxiet lis-slaten
minn inżawi mbiegħda
Sakemm mad-dawl
il-ġdid iż-żmien inbidel.
Lejl ieħor
fejn l-imgħaddi reġa’ magħna
Raġġ ġej
mill-bogħod ma tafx il-bidu tiegħu.
Alfred
Grech
20/12/2024
Comments
Post a Comment