Int Tista’ Tkun Għalija.
Int tista’
tkun għalija anġlu tas-sema
Inkella ġejt
fatat ma nafx minn fejn,
Imbagħad xħin
jgħaddi ż-żmien issir dimonju
U tkun
d-dannazzjoni tagħna t-tnejn.
Int tista’
tkun il-kewkba ta’ filgħodu
Li tqanqal
sensazzjoni ta’ jum ġdid,
Xi ħadd li
mhux tas-solti li ltqajat magħha
U ruħi nsib
malajr fost it-taħwid.
Illum narak
qed tiddi fis-sbuħija,
Imbagħad f’xitan
tinbidel f’qasir ħmien,
Għax kull ma
jmur d-dija tibda tnaqqas,
Titbiel malajr,
ma jibqa’ xejn kif kien.
Illum narak
sirena seduċenti
U nara kif insodd
dawn il-widnejn,
Biex ma naqax
ilsir tal-għana tiegħek
U lanqas
noħlom dak li mhux ta’ b’xejn.
Inħares lejk
bħal xbiha ġo xi nkwadru,
Inkella xi
ġojjell li ma tmissux,
U nibqa’
ngħid li int bħall-għeneb qares,
Għalija qatt
ma kien għax ma lħaqtux.
Alfred
Grech
24/12/2024
Comments
Post a Comment