Inkiss Inkiss Int Qbist Għan-naħħa L-Oħra.
Inkiss inkiss int qbist
għan-naħħa l-oħra
Bħal dell li jgħib fl-iskur
ta’ ġmiel il-għabex
Kliem mejjet fuq xuftejn li
qatt ma tniffsu.
Għalhekk, minn jaf x’inhu
għaddejn minn moħħok?
Kull mistoqsija ġġedded il-misteru
Biex mort issib fejn int, imbagħad
ġejt lura
Mill-artijiet fejn lanqas tħażżeż mappa.
Kull ma tkun trid hi biss
imbuttatura
Ta’ żiffa riħ li jonfoħ tamiet ġwejda
U salmi jnewwaħ minn wara
l-kantunieri
Biex dellek jibqa’ hawnhekk madwari jiżfen.
Trid tibqa’ hawnhekk f’sensiela
ta’ rakkonti,
Fit-tifkiriet li ż-żmien
qatt mhu se jħassar.
Int mort u ġejt, tweġiba
qatt ma ħadna
Imma t-tweġiba hawnhekk,
fejn inti qiegħda,
Fejn ħafna dellijiet jieqfu
jissemmgħu.
Fejn l-ilħna kollha jtennu: Int
hawn qiegħda.
Alfred Grech
29/12/2024.
Comments
Post a Comment