Imnalla.
Imnalla ma
kellekx ftit ħin għalija
F’dibattitu
bla tmiem bejn mewt u ħajja,
Bejn dak li
rrid u dak li għandi nagħmel
Bħal dawk l-għanjiet
li jgħanni kull poeta
Li ta’
kuljum għad jibdlu l-ħajja tagħna
U jwessgħu
dawk l-ispazji li ninħtieġu.
Imbagħad staqsejt
ukoll għaliex weġġgħuni,
Għax jien
ma kelli xejn minn ta’ ħaddieħor.
Alfred
Grech
19/12/2024
Comments
Post a Comment