Dwejjaq.
Bħaċ-ċpar
li ma tarax imma li tħossu
U skiet
fejn l-ebda diwi ma jirbombja’
Sefsif f’widnejn
li lanqas biss jisimgħu
Għanqbuta illi
tgħatti x-xemx f’mixietha.
Din dinja
li tinħeba ġo qoxritha
Kull pass
sar tqil, kull nifs ġo ħabs ta’ sider
Bħal prova
ġenerali tal-mewt riesqa,
Jekk tħares
fiss fil-mera hemm barrani:
Min hu
dal-ħares ħiereġ mill-irkejjen.
Jersaq
il-lejl bil-mod, arja marsusa,
Mingħajr mistrieħ
il-ħolm li l-biża’ jwelled
Bħal meta
l-baħar jofroħ jew jirtira
Battalja ta’
kuljum qatt ma tintrebaħ.
Alfred
Grech
02/12/2024
Comments
Post a Comment