Solitudni.
Din hija
solitudni tal-iktar sajf sħun
Deżolazzjoni
ta’ xemx f’mergħat ir-ruħ
Din hija
solitudni tal-eżistenza
Li tiswa’
daqs in-ngħas li jibża miż-żenieq
Insett li
għadu ma ħariġx mill-fosdqa
U jaħseb li
kull ilma sar misħun
Ta’ moħħ
illi jintebaħ b’dak kollu
Li għad
iseħħ
Vleġġa li
tgħaddi mit-toqba
Ta’ muftieħ
l-eternita’
U l-mera li
qed tistenna
Li tkun
żverġnata
Taħt is-siġra
ta’ ġnien
Fejn l-imħabba
għad triq tgħix.
Alfred
Grech
08/09/2024.
Comments
Post a Comment