La Tistaqsix.
La
tistaqsix l-imgħoddi
Ħallieħ ħa
jgħaddi r-riefnu
Gelgul ta’
dmugħ li xxerred
Inkella ssir
bla mira.
La
ttistaqsix fejn jonfoħ
Ir-riħ
tat-tqanqiliet
l-orkestra
qatt ma tieqaf
u l-għanja
li ma ktibtx.
La
tistaqsix x’inhu sewwa
Il-kimika
li trid tħallat
Biex timla’
l-baħħ ta’ ruħ
U r-resħa
minn tal-oqbra.
Xħin jiġi
l-waqt
Taħsad dal
li żrajt
U tibda
tifhem aktar.
Alfred
Grech
24/09/2024.
Comments
Post a Comment