L-Għanja Eterna.
L-arja
tqila trid twelled il-qawsalli
Iżda żmien
il-ħsad hu wisq il-bogħod
Hemm togħma
fl-umdita’ li toqtol kull tqanqila
U kull
darba nsib ruħi
F’salib
it-toroq
Hekk toħroġ
it-tnegħida tal-imgħoddi
Li l-għannej
irid iwassal għal tul l-eternita’
Nistħajjel illi
fl-għabex ta’ jum itwal
Ħaddieħor joħlom
biss fejn kellu jasal.
Ġo ħsiebi
folla nies itterraq bla ma taf
Fejn għad
trid tasal.
Innaddaf in-nużżalki
u nieqaf naħseb
U kewkba
tgħaddi sbrixx bla ma tolqotni.
Alfred Gech
12/09/2024.
Comments
Post a Comment