Irrid Inrabbi l-Ġwienaħ u Nittajjar.

 

Irid inabbi l-ġwienaħ u nittajjar

U nogħla ’l-fuq fis-sema ’l-fuq mis-sħab

U nibża’ nħares l-isfel għax hemm isfel

Inkun il-pellegrin  mill-ġdid tallab.

 

Irrid intir fuq sħaba sabiex ninsa’

’L-hemm isfel hemm id-dlamm hemm biss l-abbiss

U nagħmel ta’ bir-ruħi sirt tajr’oħra

Biex nibqa’ ntir il-fuq u ngħanni biss.

 

Irrid insegwi l-leħen li jsejjaħli

U nħares l-isfel żgur li ma nerġgħax

Lejn purċissjoni nemel dejjem jaħsen

Għax ħlief ġmieħ u ġiri ma baqax.

 

Alfred Grech

04/09/2024.

Comments

Popular posts from this blog