Imqar jekk Tibqa’ Ma Tiddix.

 

Imqar jekk tibqa’ ma tiddix

Int kewkba f’galassija

U t-trieq minn qalb id-dlam etern

Imxejtha kemm il-darba.

 

Twelidt kometa tiddi

Iġġor l-aħbar it-tajba

Kull darba tgħaddi sbrixx

U ddur bla ma titfarrak.

 

Imqar jekk ismek ma jibqax imnaqqax

Fiż-żonqor ta’ l-istorja

Sehemek għamiltu dejjem

Esploratur tal-elusiv.

 

Għalekk la tistaqsix

Għal dak li seta’ kien

Imbierek int mingħajr ma taf

Imdawwar b’dijadema.

 

Alfred Grech

17/09/2024

Comments

Popular posts from this blog