Fl-infern ta’ Din Id-Dinja.
Fl-infern
ta’ did-diskordja
Met’aħna ma
naqblux
Fejn dak li
xtaqt il-bieraħ
Għalxejn għax
ma ġġibux.
Fl-infern
ta’ din id-dinja
Fejn nafu
li m’aħniex
Tistqasi x’ġara
’l-bieraħ
l-imgħoddi
għad m’għaddiex.
Infern
fl-inkomprensjoni
Sisien għoljin
ta’ swar
Ma baqa’
xejn xi jnebbaħ
Trid toqgħod
kwiet id-dar.
Alfred
Grech
27/09/2024
Comments
Post a Comment