198.

 

Kemm il-darba sibt ruħek fuq ix-xifer?

U kemm il-darba ħlift li lanqas terġa’?

Sakemm s’hemmhekk għad tasal lanqas demgħa

Xi xxerred ma jibqagħlek. Għax tintilef

U ssib li għalik lanqas post ma jifdal

Jew tieħu post li huwa ta’ ħaddieħor

Fil-filliera li twassal f’tarf irdumi.

Jien lanqas ma ridt naqsam il-miserja

Tiegħek, inkella sarli l-ħin biex nitlaq

Għar ridt ninġarr mal-bqija bħal ħaddieħor

Fl-istess vagun lejn l-art tal-meravilji.

Int bħali taf li bqajna attakkati

Ma dak li kellna nagħtu mbagħad intbaħna

Li konna tifna dak li kellna nieħdu.

 

Alfred Grech.

22/09/2024

 

Comments