196.

 

Għanni, għanni kemm tiflaħ, xejn la tibza’,

Ma jibqa’ xejn għajr l-għanja illi tgħanni,

Li tferraħ għal fit ħin, imbagħad tintesa’,

Bħal kif fil-kors taż-żmien kulħadd jintesa’.

Għanni, għaliex  għal dakil-waqt li tidwi l-għanja

Tkun tferraħ qalb ta’ min jisimgħek tgħanni,

Imqar jekk ma jifhimx dak li trid tfisser,

Inkella ma jarax il-wiċċ imbikkem

Mistoħbi wara l-maskra li trid tilbes

Saiex bħal buffu ġġedded terġa’ l-ħrafa

Li l-bogħod mis-swied il-qalb, il-bogħod mid-dieqa

Hemm ġenna fejn jimirħu l-innoċenti,

Li l-għanja tista ddum mhux għal waqt wieħed . . .

Hemm art fejn nibqgħu tfal, qatt ma nixjieħu.

 

Alfed Grech

20/09/2024.

Comments

Popular posts from this blog