Trapassar.
Hemmhekk għad niġi nżurek fejn jispiċċa
Tal-blugħa l-ħolm fuq mewġ bejn
art u baħar
Fir-ragħawa ta’ fuq xtajta
fejn titfarrak
Il-qawwa u d-dagħdija
tal-burraxka.
Hemmek bid-daqq tat-trombi
jew tat-tnabar
Taħt qamar qed jistagħad
għall-ħoss tal-grillu
F’dik l-għera ta’sisien taħt
dmugħ il-kwekeb,
Ħa ndoqqu t-trapassar u
l-marċ tal-aħħar.
Alfred Grech
25/08/2024.
Comments
Post a Comment