M’Għadux Iż-Żmien
M’għadux iż-żmien li nibda wieħed
wieħed,
Inħott it-torrijiet li bnejt
fir-ramel,
U nfesdaq ful u ċiċri biex xi
darba
Mil-ġdid nitwieled tifel ta’
foresta.
Hu ż-żmien li niġbru ż-żġieġ minn
fuq ix-xtajta
U ngħożżu l-margariti illi
rmajna,
U ngħoddu bil-maqlub il-jiem li
fadal
Biex nistgħu ngħidu illi hekk qed
ngħixu.
Alfred Grech
17/08/2024.
Comments
Post a Comment