Jien Tlift.
Jien tlift
it-tama kollha f’dan pajjiżi
Għax dak li
konna ngħożżu tar mar-riħ,
Xi minn
daqqiet nistaqsi jekk hux jiena
Li nara
kollox tqil għax qed nixjieħ.
Ma baqa’
ħadd li tista’ torbot fuqu
Għax il-flus
biss jiftħulek il-bibien;
Għax kollox
għandu preżż, kulħadd jinxtara
U bit-tbagħbis
jinħattu sas-sisien.
U b’din
l-ekonomija dejjem tikber
Jiftaħru li
ġejjin b’hekk il-quddiem,
Insew il-ħsara
kollha li jġib miegħu
Żvilupp bla
lġiem u qorob issa t-tmiem.
Għax ma
jsir xejn ta’ fejda biex nitjiebu
Jekk mhux
sabiex jitħaxxnu l-bwiet tal-ftit,
Joħolqu pjanijiet
sabiex igawdu
In-nies
tal-qalba; uff!!! kif qtajt l-aptit.
U issa
bdejna wkoll indaħħlu d-dubji
Biex lanqas
lilhom stess mhu qed nafdaw
Fgajtuħ pajjiż
u dejjem hemm xi nasba
X’jimporta
jekk falluti għad nispiċċaw!
Alfred
Grech
31/08/2024
Comments
Post a Comment