It-Tokk.

 

Jitqaddu flimkien l-imwejjed

U s-siġġijiet mal-pedestalli u mal-planċier.

It trofej mgħobbija bil-bnadar u bil-bandalori

Biż-żiffa li bqagħet ma ġietx

Għax awwissu nefaħ x’imkien ieħor

U d-dmugħ ta’ San Lawrenz iroxx beda

l-istennija ta’ ħafna ġid.

Trid tkun wisq demmek biered

Biex tiflaħ in-nifs

Tal-irwejjaħ li jinħmew

Mal-ħmieġ tal-għasafar.

Laqwa li r-rota ddur

u l-ħorġa tal-innominati

tmtela’ sa fuq nett.

Illum iddur aktar

Għax riekbin fuq ix-xarabank

Tal-ħmar il-lejl.

 

Alfred Grech

09/08/2024.

Comments

Popular posts from this blog