Imqar.
Imqar is-skiet
għandu reġun
Xħin tiżbroffa
n-nixxiegħa
Li baqgħet
muta għal bosta jiem.
Xħin isir
il-ħin
Issir ħaġa
waħda mal-irwejjaħ ta’ maġenb it-triq.
Tibda
tgħaddi minn dawk il-mogħodijiet
Li minnhom tkun għaddejt
U tittama
li d-dbubietek issa nħafru.
Ma jkunx
għalxejn inżul ix-xemx
U l-mixi
fuq ix-xifer
Jekk għad xi
darba qum min ngħasa
U nsib li
jien ħsieb ċkejken
Jekk għal
kull qatra xita illi traxxax
Għad tiftaħ
warda ġdida.
Alfred
Grech
Ta’ Ċenc
29/04/2024
Comments
Post a Comment