Ħanqa ta’ Ħmar.
Ħallieha ħa toħroġ waħeda
Il-karba ta’ poplu maħnuq
Il-qilla ta’ min jinsab mirfus
Tal-għanja tal-pupi li
bħas-sufruni
Jogħolew u jinżlu
Ma mewġ il-ħażen.
Ħalluha ħa toħroġ
Tal-merħla bla rgħaj
l-imbe’ tal-mogħoż jirromba
Destin aħħari ta’ xiferl-irdum.
U l-kotra tibqa’ miexja
Fil-ħmar il-lejl tal-għada
Li ġa taf x’seta’ kien
Li fasslet bl-godod tagħha
Li fasslu l-pseudo għorrief
Li wrewha trejqa b’oħra
Li ħasbu u ħolmu ħrafa
Li mlew għajnejn il-kotra
Bil-ħafna lwien.
Ħallieha ħa toħroġ u tibqa’ tiela’
Għaliex mhi xejn għajr
Ħanqa ta’ ħmar.
Alfred Grech
16/08/2024
Comments
Post a Comment