San Dimitri.
Talbitek
dik żgugina u inti smajtha
Fit-tħaxwix
tal-ħuxlief tal-busbież u x-xurbebb.
Intilef is-sens
ta’ dal-ħaġar
Li darba
kien id-dejr tal-allat foloz
Jew tal-ġiganti.
Liema
qanpiena sejra tisraq
Is-skiet
imdemmi tax-xemx qed tbatti;
Il-ħsejjes
tal-moħriet?
It-tperspis
tal-għasafar?
Min ħolom
fl-għera ta’ dawn l-inħawi
Li jibni
dan il-maqdes
Ma kienetx
xi mara għawdxija
Iżda xi
ħadd li wegħeda tiegħu twettqet.
Min ħarsek
mill-qilla tal-irwiefen
U l-kamla
taż-żmien?
Kien il-miraklu
tat-twemmin
Ta’ nies
bla ħjena.
U l-għadu
tiegħek mhuwiex iż-żmien
Iżda s-susa
li qed tgerrem
Il-qalb
għawdxija.
Hawnhekk
int tpaxxi l-għajn
Lilhinn mill-ispazji
miftuħa.
San Dimitri
jekk għandek terġa’ tiġi
Tħallix id-difer
ta’ żiemel fil-blat
Iżda ħuġġieġa
ta’ fidi dejjiema
Ta’ tama u
ta’ mħabba ta’ mara raħlija.
Imqar jekk
il-qanpiena ddoq
U mhemmx
min jisma’
Alfred
Grech
28-06-2024.
Comments
Post a Comment