Issa Baqa’ Biss. . .

 

Issa baqa’ biss ir-riħ

Li jagtħi sens lill-ħajja

Il-bqija s-skiet sultan

Fuq pajżaġġ itturfnat

Iffullat mill-iħirsa.

 

It-triq lura isserrep

Qalb il-ħotob tal-imgħoddi

Biss issa jista’ jissewwaq

l-ilma tal-kaskati

 

lejn mewt imġebbda

sat-tarf nett

ta’ xefaq is-sopriżi

jew li tiġi għall-għarrieda.

 

Xħin toħlim ix-xenarju

T’apokalissi urbana

F’idejn il-boloħ tas-seklu

F’idejn l-ilpup imxajtna

 

Imbagħad jibqa’ biss

Il-mixi tall-present u tal-ġejjieni.

 

Alfred Grech

18/06/2024.

Comments

Popular posts from this blog