Imdendla L-Kaskati.
Imdendla
l-kaskati
Fil-widien
tat-tfesdfis
U s-sema
jroxx id-diwi
Tal-qanpiena
tat-trapass
Bħal liżar
il-kefen
Igeżwer ħsibijieti
Iċ-ċħar ta’
kull għodwa.
Subgħajja kiesħa
bħall-ilma
Ta’ baħar
xitwi
Biex bihom
nitfi
In-nirien
ta’ kull ħolma
Li tilbes
il-mant imlewwen
Tat-tamiet.
Alfred
Grech.
22/06/2024
Comments
Post a Comment