Ħemda.
Inħossu l-pis
li kull ma jmur qed jagħfas
U l-ktajjen
ma saqajna qed jitqalu,
U tħares ’l-quddiem
biex tista’ taqta’
Kemm baqa’
għad għat tmien, u xħin se jasal.
Kemm baqa’
biex tispiċċa’ l-purċissjoni,
Kalvarju ta’
kuljum mingħajr ma sserraħ
U taf li
lanqas ħadd ma jiġi jgħinek
U taf li ta’
kuljum matul il-mixi
Qed titlef
il-biċċiet tal-makkinarju.
U tista’
tgħid li trid għax ħadd ma jifhmek
U tista’
tgħid li trid, ħadd ma jsimgħek
U kull ma
jmur il-passi qed jitqalu,
U tibda
ssaqsi kemm se ddum ma jasal
Il-jum li
qatt ma jasal. Għax xħin jasal
Int stess
lanqas tintebhaħ illi s-seħer
Telaq,
ir-riħ waqaf, hemm biss il-ħemda.
Alfred
Grech.
01/06/2024
Comments
Post a Comment