Żmien.
Tkun bla
waqfien kull mewġa tiela’ u nieżla’,
Tibni
mbagħad tħott u minn fejn tgħaddi ddardar;
Fis-skiet
tal-lejl issellem lill-ħin wieqaf
U kull
twelid lil mewt f’għajnejjha jħares.
Trid
toqgħod tgħodd ir-ramel fuq xi xtajta
Biex tgħid
li għad xi darba mqar waqt wieħed
Ta’ tarf
l-eternita’ int tista’ tħaddan
U taf ukoll
li l-wirt iġġorru l-ħamla.
Jinħasel
waqt ta’ ferħ bid-dmugħ tan-niket;
Jinfetaħ ktieb
il-ħajja mbagħad jinħeba
Kull kelma
bħal kull ħsieb fis-skiet tintrema’
U ż-żmien
hu biss kurrent bla tmiem jew bidu.
Idejn
is-snin tal-ħalġ ir-rota jdawwru
Biex kollox
jgħaddi u xejn ma jibqa’ x’jixhed,
U taħt
il-pis tas-snin l-imħabba togħtor
U jaħsel
waqt ta’ ferħ id-dmugħ tan-niket.
Alfred
Grech
12/04/2024.
Comments
Post a Comment