Xi Drabi . . .

 

Xi minn daqqiet ma nitkellmux.

Għal jiem sħaħ u niftiehmu

Inkella nitkelmu

U lanqas biss niftiehmu

Bnedmin immaġinarji

Mimlija ħolm u ġenn

U lanqas biss nitwemnu.

 

Ma kienx hemm aktar x’tagħmel

Meta tlaqtli jdejja l-ħin waqaf

Għalxejn trid terġa’ lura

Lura hemm biss tifkira.

Waqqaft għal ftit

Ħadt in-nifs il-ġew

U mbagħad trid terġa’ tibda.

 

Xi drabi mqar tgħannieqa

Lil min qed jgħix fis-skiet

Xi drabi mqar jekk tgħidli

Li tifhimni

Xi drabi jkun  biżżejjed

Tfarfira fuq fuq mid-dwejjaq

Biex nibda nitbissem mill-ġdid.

 

Alfred Grech

25/04/2024

 

Comments

Popular posts from this blog