Tajra.

 

It-tajra taret u għabet

U meta ġiet lura biddlet ilwienha

 

It-tajra kienet drat il-bejta tagħha

Iżd’issa l-frieħ rabbew il-ġwienaħ.

 

It-tajra ma baqgħetx li kienet

Marret tbejjet x’imkien ieħor

Jew inbidlet f’għasfur tal-passa.

 

Jien issa lsir maqbud f’dil-gaġġa

Niġġieled l-iħirsa ta’ madwari

Jew l-iħirsa li ħloqt jien.

 

Alfred Grech

26/2024

Comments

Popular posts from this blog