Sbieħ Il-Jum.
Imdellel
il-wied
Fejn jaqgħu
il-kaskati ta’ kliem li ma tlissinx
U s-sema
tat-trapass
Idoqq il-qniepen.
Id-dwejjaq
t’għodwa ġdida
Bħall-liżar
il-kefen
Iġeżwer iċ-ċpar
ta’ t’April.
Subgħajh kiesħa
sbieħ il-jum
Bħall-ilma
tal-widien
Biex ifittex
jitfi l-fjamma
Ta’ kull
ħolma
U jlibbes b’mantell
iswed
Lix-xewqat
li jitwieldu.
Hemm volumi
kbar ta’ kliem li jrid jingħad
U oċean bla
tarf għal min ibaħħar.
Xewk inigges
is-sogħoba
Bħal weraq
tal-ħarifa
Li tilfu
l-ferħ li jgħixu
Li dardru
is-skiet li jaqa’
Fil-ġnien
fejn lanqas għadek
Tista’ tisgħar.
Il-ħsibijiet
jitkaxkru
Taħt id-dellijiet
tas-siġar
U xrara ma
tkebbisx
Żernieq ieħor.
Alfred
Grech
16/04/2024.
Comments
Post a Comment