Qtar Il-Kwiekeb.
Qtar tal-kwiekeb
Minsuġ fil-kliem
Maqtugħ bix-xafra
Firxa ta’ lwien
Magħġuna fis-snin
Irewħu l-grigal
Alkimija ta’ xefaq
L-eternita’
U ħolm tal-anġli mpinġi
Bizzilla fis-sema
Imħażżeż fir-ramel
U ma jixjieħ qatt
U sadanittant
Il-kwiekeb jaqgħu
Biż-żmien.
Alfred Grech
10/04/2024
Comments
Post a Comment